Internazzjonali

Jegħrqu aktar immigranti inklużi tfal f’ibħra Griegi

epa05002561 Migrants arrive at the port of Mytilini, Lesbos island, Greece, 29 October 2015. Another deadly incident involving the sinking of a migrant/refugee-laden vessel was reported in the eastern Aegean, north of the island of Lesvos, on 28 October, with ten people dead, including two children. Conversely, 242 people were rescued by the Greek coast guard. EPA/STRATIS BALASKAS

Mill-inqas 22 immigrant, ħafna minnhom tfal, għerqu waqt vjaġġ bil-baħar mit-Turkija meta kienu qed jippruvaw jaslu fil-gżejjer Griegi ta’ Rodi u Kalymnos.
Din kienet it-tieni traġedja f’ġimgħa li tinvolvi lill-immigranti, meta, fl-aħħar xhur, l-influss ewlieni ta’ immigranti kien dirett lejn il-gżejjer Griegi magħrufa bħala resorts turistiċi u li jinsabu ftit lil hinn mill-kosta tat-Turkija fil-Baħar Eġew.
L-uffiċjali Griegi li kkummentaw dwar l-aħħar traġedja qalu li mietu 19 waqt li salvaw 138 persuna, fil-limiti ta’ Kalymnos. Sadanittant, mietu tliet immigranti oħra ftit ’il barra minn Rodi, u l-iskwadri għall-emerġenza salvaw sitta minn din iz-zona.
Fi żviluppi oħra, l-iskwadri tas-salvataġġ fin-Nofsinhar ta’ Spanja kienu qed ifittxu għal għexieren ta’ immigranti li ma dehrux aktar wara li d-dgħajsa tagħhom inqerdet waqt vjaġġ mill-Marokk lejn l-Ewropa. F’dan il-każ salvaw 15-il immigrant, u l-awtoritajiet irkupraw tal-anqas erba’ katavri mill-baħar.