Lokali

Jekk tittardja tinqata’

Aktar minn 1,000 persuna nqatgħu mir-Reġistru tal-persuni li jfittxu impjieg, mhux għax sabu impjieg jew għax inqabdu jaħdmu u ma rrappurtawx lill-awtoritajiet, iżda għax ma marrux jiffirmaw ir-Reġistru fil-ħin.

Dawn l-1,000 persuna kienu fost l-1,350 li nqatgħu mir-Reġistru tal-Qgħad matul is-Sajf 2014.

Il-ġurnal The Times of Malta kkwota tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari tal-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Ħidma fil-Parlament u Shadow Minister għall-Finanzi Mario de Marco.

Persuni li nqatgħu minn dan ir-Reġistru spjegaw li nqatgħu mal-ewwel darba u ma ngħatawx ċans ieħor. Fost dawn, kien hemm min ma laħħaqx għax inqabad fit-traffiku fuq tal-linja.

U filwaqt li kkonferma li r-Regolatur mhux qed jagħti ċans ieħor, Kelliem għall-ETC qal li min-naħa l-oħra, kienu qed isiru ħafna abbużi fil-benefiċċji tal-qgħad.