Lokali

Jinqaleb kontejner fit-Telgħa tax-Xemxija – jimblokka ż-żewġ karreġġjati

Ħadd ma weġġa’ meta kontejner li kien mgħobbi fuq trailer inqaleb fit-Telgħa tax-Xemxija, bil-konsegwenza li mblokka ż-żewġ karreġġjati ta’ din it-triq.

Ħadd ma’ weġġa’ f’dan l-inċident, għalkemm l-inċident wassal għal traffiku qawwi fl-inħawi.

It-triq infetħet mill-ġdid wara li l-kontejner tneħħa minn nofs it-triq, għall-ħabta tas-7:50.

12066025_923990814353511_8791559267339010854_n

Ritratti: Maltese Roads Traffic Updates