Is-sewwieq tal-Yamaha Valentino Rossi ressaq appell quddiem il-Qorti tal-Arbitraġġ Sportiv (CAS) wara li ġimgħa ilu ġie deċiż li dan se jkollu jibda mill-aħħar post fl-aħħar tellieqa tal-istaġun fit-8 ta’ Novembru f’Valencia. Dan għaliex hu deher jagħti daqqa ta’ sieq lil Marc Marquez u s-sewwieq tal-Honda spiċċa waqà minn fuq il-mutur. Rossi spiċċa fit-tielet post u l-eqreb rivali tiegħu Jorge Lorenzo spiċċa t-tieni biex issa l-vantaġġ ta’ Rossi f’ras il-klassifika hu dak ta’ seba’ punti.
Rossi kien diġa’ ressaq appell quddiem l-FIM imma dan ma intlaqax u kien għalhekk li irrikorra għall-CAS. Id-deċiżjoni tal-CAS mistennija titħabbar fis-6 ta’ Novembru. Jekk kemm-il darba l-CAS iddum ma tħabbar id-deċiżjoni Rossi ma jibdiex mill-aħħar post fit-tellieqa f’Valencia imma jekk il-CAS ma tilqax l-appell, dan ikollu jibda mill-aħħar post fl-ewwel Grand Prix tal-istaġun li ġej li se jsir fil-Qatar.
//= $special ?>