17-il xahar ilu, il-Partit Nazzjonalista, permezz tad-Deputat Robert Cutajar, kien ressaq Private Members’ Bill fil-Parlament dwar l-obeżita’ u l-ħajja sana. Dan il-Private Members’ Bill jipproponi b’mod konkret inizjattivi biex pajjiżna jiġġieled il-problema tal-obeżita’.
Din il-liġi, mressqa mill-Partit Nazzjonalista, mhix importanti biss għall-kwalita’ tal-ħajja tal-familji Maltin u Għawdxin, iżda tħalli wkoll impatt sinifikanti fuq il-budget tal-pajjiż, billi tiġi kkontrollata n-nefqa tal-Gvern fuq mard u kundizzjonijiet relatati mal-obeżita’.
Il-Partit Nazzjonalista jfakkar li din il-mozzjoni ġiet endorsed ukoll mid-Direttur fid-Direttorat tal-World Health Organisation Gauden Galea, li sostna li dan l-abbozz ta’ liġi hu uniku u l-ewwel tat-tip tiegħu fl-Ewropa.
Għal xi raġuni, l-Gvern qed jibqa’ jwebbes rasu u jinjora dan il-Private Members’ Bill, u ma jiddiskutiehx fl-aħħar stadji li hemm bżonn fil-Parlament. Dan minkejja li dan l-abbozz diġa’ ġie approvat unanimament mill-istadju ta’ tieni qari fil-Parlament. Minn naħa l-oħra, l-Partit Nazzjonalista jemmen, li b’mod speċjali fid-dawl tar-rapport tal-World Health Organisation aktar kmieni din il-ġimgħa, l-urġenza li tgħaddi din il-liġi kibret.
Il-Partit Nazzjonalista jerġa’ jinsisti li pajjiżna għandu jindirizza din l-isfida llum qabel għada, u għalhekk il-Private Members’ Bill għandu jitpoġġa fuq l-aġenda tal-Parlament mill-aktar fis possibbli.
//= $special ?>