F’Bukarest fir-Rumanija tal-inqas 27 persuna tilfu ħajjithom f’nirien li ħakmu diskoteka.
In-nirien inferxu mal-bini tad-diskoteka ftit ħin wara li tnedew xi logħob tan-nar fid-diskoteka.
Rapporti internazzjonali qed jgħidu li kien hemm paniku kbir fost il-persuni li kienu jinsabu f’din id-diskoteka, tant li l-vitmi tilfu ħajjithom jew minħabba d-dħaħen li belgħu jew għax spiċċaw mgħaffġin fir-rassa ta’ nies li bdiet tipprova toħroġ mid-diskoteka.
Fid-diskoteka kien hemm madwar 400 persuna. 162 persuna sfaw midruba.
//= $special ?>