Lokali

Barrani attakkat f’San Ġiljan – l-aggressur jaħrab mill-post

Barrani ta’ 26 sena qed isofri minn ġrieħi gravi imma mhux fil-periklu tal-mewt wara li kmieni dalgħodu safa’ attakkat minn raġel ieħor, aktarx barrani ieħor li kien armat b’oġġett li jaqta’ u bil-ponta, waqt li kien miexi Triq Santu Wistin, San Ġiljan.

Fi stqarrija l-Pulizija qalu li kienu nfurmati bil-każ għall-ħabta tas-sebgħa neqsin ħamsa, bil-ferut, residenti s-Swieqi, jittieħed l-isptar permezz ta’ ambulanza.

Minn naħa l-oħra l-aggressur laħaq ħarab minn fuq il-post sakemm waslu l-uffiċjali tal-Pulizija.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.