Lokali

€3.2m f’konsulenzi u direct orders f’sena lil tal-qalba mill-Gvern Laburista

€3.2m f’konsulenzi u direct orders f’sena lil tal-qalba mill-Gvern Laburista.

Din hi s-somma li f’sena waħda biss ħadu grupp ta’ persuni qrib il-Partit Laburista – kollha mogħtija għall-konsulenzi magħżula mill-Gvern b’direct order – fost dawk li gawdew hemm l-Viċi Kap tal-Partit Laburista Toni Abela, Cyrus Engerrer, Claudette Abela Baldacchino, Yana Mintoff Bland, l-ex ġurnalista ta’ One TV Julia Farrugia, s-segretarja tal-Partit Laburista fil-Ministeru t’ Għawdex Lydia Zerafa … imma mhux biss.

Kollha nies tal-qalba li ngħataw kuntratti ta’ xogħol mill-Gvern Laburista permezz ta’ direct orders.

Dan johrog minn eżercizzju tal-ġurnal The Times of Malta wara diversi Mistoqsijiet Parlamentari Nazzjonalista Krity Debono minn fejn johrog li kull Minisistru ta medja ta’ €268,000 f’kuntratti matul is-sena l-oħra. Ammont li ma jinkludix konsulanzi mill-Gvern u mill-awtoritajiet.

Il-ġurnal The Times of Malta żvela wkoll li l-Ministru tal-Ambjent Leo Brincat nefaq aktar minn €730,000 f’konsulenzi bejn Lulju tal-2014 u Lulju tal-2015. Il-maġġoranza ta’ kuntratti maħruġa mill-Ministeru ta’ Leo Brincat kienu direct orders mis-segretarjat parlamentari ta’ Rodrick Galdes.

Fost persuni ohra li komplew jingħataw konsulenzi privati wieħed isib lill-manager ta’ One TV Pierre Cachia, is-segretarju Generali tal-FKNK Lino Farrugia, l-ex ġurnalisti Charles Flores u Charles Sacco u l-avukat tal-GWU Aaron Mifsud Bonnici.

Il-Ministru tat-Trasport Joe Mizzi hu t-tieni l-aktar Ministru li ta’ konsulenzi lil tal-qalba – 25 konsulenza, b’valur ta’ €500,000. Il-maġġornaza tal-Konsulenzi ingħataw b’direct orders lill-Viċi Kap tal-Partit Laburista Toni Abela, għal parir legali dwar it-tħaffir taż-żejt.

Imma l-lista mistennija tkompli tizdied hekk kif il-Ministri Louis Grech, Konrad Mizzi u Edward Zammit Lewis għadhom m’ iddikjarawx kemm-il konsulenza taw, lil min u kemm ġew jiswew. Huma saħqu li ‘l-infomazzjoni “għadha qed tinġabar”.