Fir-Renju Unit, din is-sena, spikkaw esebizzjonijiet tal-Halloween ta’ bixra differenti ferm mill-kultura Britannika. Dan meta l-poplu qed jaċċetta aktar il-kunċett tal-qara aħmar u t-tradizzjoni tat-trick or treat li huma sinonimi mal-Amerikani.
Fl-aħħar jiem, kafeterija f’Hampshire kienet ‘infurmata’ biex tnaqqas mit-ton ta’ display fil-vetrina li uriet ‘massakru ta’ familja’. Sadanittant, spikkat storja dwar familja Britannika li nefqet mal-20,000 Sterlina biex tikkonverti r-residenza tagħha f”Apokalissi taz-Zombie’ (Zombie Apocalypse) fost xeni ta’ ‘katavri qed ikissru karozza bin-nies mejtin ġo fiha’.
B’hekk din id-‘Dar tat-Terrur’ x’aktarx li hi l-aktar waħda fir-Renju Unit li mxiet fedelment mal-kunċett ta’ Halloween skont l-interpretazzjoni Amerikana.
Din il-familja, bil-kunjom Walton u li ġejja minn Preston, kienet ilha għaxar xhur tippjana l-wirja tal-Halloween u anki vvjaġġat lejn l-Istati Uniti biex tieħu l-ideat dwar kif l-Amerikani jiċċelebraw din it-tradizzjoni ‘makabra’.
Il-familja, sadanittant, anki żiedet ħamest ikmamar temporanji mal-residenza tagħha b’ismijiet bħal Zombie’s House, Dracula’s Lair, Exorcist Room u Haunted Carnival.
//= $special ?>