Internazzjonali

Fl-Eġittu jiġġarraf ajruplan b’aktar minn 220 persuna abbord

Ajruplan Airbus A-321 li kien għadu kif telaq mill-Sharm el-Sheikh lejn il-belt Russa ta’ San Pietru Burgu iġġarraf fis-Sinai, b’iktar minn 217-il passiġġier u 7 membri tal-crew. Il-maġġoranza tal-passieġġieri jidher li huma turisti Russi.

Minkejja li fl-aħħar siegħat kien hemm rapport kunflinġenti dwar sar minn dan l-ajruplan li miegħu kien intilef il-kuntatt, fl-aħħar ħin il-Prim Ministru Eġizzjan ikkonferma li l-ajruplan, tal-linja tal-ajru Russa Kogalymavia ġġarraf.