Ir-residenti tas-Swieqi din is-sena bdew sa mill-lejl qabel Halloween isofru minn riperkusjonijiet tal-festa ta’ Halloween.
Dan hemm kif matul il-lejl li għadda kien hemm diversi rapporti ta’ tfal f’xi każi anke ta’ 14-il sena li matul il-lejl daru ir-residenzi iwaddbu l-bajd lejn il-faċċati tad-djar u saħansitra jivvandalizzaw dak kollu li sabu quddiemhom.
F’każ partikolari resident tat-Triq l-Uqija sabħet bil-vettura tagħha imkissra, bi ħġieġ mifqugħ u diversi daqqiet. Dwar dan il-każ sar rapport lill-pulizija li qed jinvestigaw.
Matul il-lejl il-Pulizija fis-Swieqi daħlulhom ukoll diversi rapporti u kellhom jintalbu biex joħorġu jduru t-toroq mill-kunsilliera tal-istess lokalita’.
//= $special ?>