Il-Konslu Malti għall-Alġerija matul l-aħħar xhur li fihom kienu approvati eluf ta’ visas hu Robert Falzon. Falzon jiġi kuġin tal-Prim Ministru Joseph Muscat.
Dan kien żvelat fil-ħarġa tal-lum tal-gazzetta The Malta Independent.
Robert Falzon inħatar konslu ta’ Malta fl-Alġerija f’Marzu tas-sena li għaddiet u l-Gvern neħħieh mill-kariga ftit tal-ġimgħat ilu.
Matul dan iż-żmien madwar sebat elef Algerini inghataw visa biex jidhlu Malta. Minn stharrig li sar mill-gazzetta il-Mument, jirriżulta li l-Alġerini jgħaddu minn Malta biex jibqgħu sejrin lejn pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea. Il-maġġoranza kbira tagħhom imorru lejn Franza.
The Malta Independent tkompli li Robert Falzon mar tajjeb minn mindu l-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni. F’Diċembru tal-2013, Robert Falzon ħa promozzjoni għal rappreżentant kummerċjali ewlieni għall-Alġerija. F’dik is-sena stess ukoll, Falzon inħatar membru fil-Bord tal-Kunsill Malta għax-Xjenza u t-Teknoloġija
F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Viċi Kap tal-PN u Shadow Minister tal-Intern Beppe Fenech Adami għamel numru ta’ mistoqsijiet dwar dan l-iskandlu, fosthom, kemm ilu jaf il-Prim Ministru Joseph Muscat dwar il-ħruġ ta’ dawn il-visa lil Alġerini.
Skont The Malta Independent, il-Gvern kien ilu jaf dwar dan l-iskandlu sa minn Awwissu li għadda.
//= $special ?>

