Rapporti mis-Sirja qalu li l-militanti tal-ISIS ħatfu kontroll fil-belt ta’ Maheen, li tinsab fil-provinċja ċentrali ta’ Homs. Il-belt inkwistjoni sa ftit ilu kienu qed jiddefenduha l-qawwiet tal-Gvern leali għall-President Sirjan Bashar al-Assad.
L-ISIS fetħu offensiva fuq Maheen fi tmiem il-ġimgħa fejn spikkaw żewġ splużjonijiet ta’ vetturi-bomba li kienu ggwidati minn terroristi suwiċida. Saru wkoll numru ta’ konfronti fil-belt ta’ Sadad, viċin ta’ Maheen, u fejn il-maġġoranza tar-residenti huma Kristjani.
L-ISIS ilhom l-aħħar xhur iżidu l-offensiva mill-fortizzi tagħhom lejn it-Tramuntana u l-Lvant tas-Sirja, fejn ikkonċentraw l-aktar fuq Homs. Ir-rapporti dwar ‘l-aħħar suċċess’ tal-militanti ngħataw fost il-kampanji mill-qawwiet tal-ajru li r-Russja u l-koalizzjoni taħt tmexxija Amerikana qegħdin imexxu, bħalissa, kontra l-ISIS fis-Sirja.
//= $special ?>