Internazzjonali

L-Oppożizzjoni fl-Azerbajġan tagħmel bojkott

Il-partiti ewlenin tal-Oppożizzjoni fl-Ażerbajġan ibbojkottjaw l-elezzjoni parlamentari li tal-lum li mistennija tintrebaħ faċilment mill-Gvern immexxi mill-President Ilham Aliyev. Kelliema għall-Oppożizzjoni Ażera akkużaw il-Gvern ta’ Aliyev b’li tefa’ l-ħabs lil kważi l-avversarji politiċi kollha tiegħu.

Dan meta għall-ewwel darba f’aktar minn 20 sena, l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSCE) ma bagħtitx missjoni biex issegwi l-vot fl-Ażerbajġan. Il-membri tal-OSCE irreferew għal restrizzjonijiet imposti mill-Gvern tal-Ażerbajġan filwaqt li osservaturi bbażati f’Ġorġja sostnew lil- elementi Ażeri kkunsidrati bħala Oppożizzjoni ġenwina għal Aliyev ma riedux jieħdu sehem f’eżerċizzju simili għal ‘elezzjoni finta’.