Waqt intervista fuq Radio 101, Simon Busuttil spjega kif quddiem l-iskandli kollha li qegħdin jifnu lill-Gvern Laburista ta’ Joseph Muscat, huwa qiegħed jibqa’ sieket u jipprova jiddevja l-attenzjoni tal-poplu. Il-Partit Nazzjonalista mhu se jieqaf qatt milli jkompli jikxef l-iskandli ta’ Joseph Muscat, u jidher ċar li l-politika distruttiva ta’ Prim Ministru rasu iebsa mhux se tħallilu l-frott mixtieq.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tkellem ukoll dwar l-iskandlu tal-viżas mill-Alġerija, li minn rapport ta’ The Malta Independent jidher li l-konslu fl-Alġerija li minn taħtu ħarġu madwar 7.000 viża, jiġi l-kuġin ta’ Joseph Muscat. Il-mod maħmuġ ta’ kif Joseph Muscat qiegħed jagħmel il-politika, issa qiegħed dejjem aktar joħroġ ċar, u aktar ma jgħaddi żmien aktar nies qegħdin jindunaw bil-qerq u l-ħmieġ tal-Gvern Laburista.L-istess jista’ jingħad dwar Identity Malta li saret hub tal-Partit Laburista u issa ħareġ ukoll li kienet mifnija b’korruzzjoni kbira li kollha saret taħt Gvern Laburista.
Dwar id-Dipartiment tal-Artijiet (Lands), Simon Busuttil spjega kif l-agħar skandli ta’ dan il-Gvern ħarġu kollha minn taħt dan id-dipartiment li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà diretta ta’ Joseph Muscat. Fost il-ħafna skandli rajna dak tal-Australia Hall, il-Café Premier, il-każ ta’ Strada Zekka, il-Każin PL Siġġiewi u issa anka l-kirja tal-binja tal-GWU lill-Arms Ltd. F’rapport ieħor mill-Awditur Ġenerali, il-Gvern kien imċanfar għall-mod kif ħalla lil GWU jikri l-binja lill-Arms minhajr ma din kellha d-dominju sħiħ tiegħu. Dan għaliex la l-art kienet pubblika, il-GWU qatt ma kellha dritt tikriha, għaliex dik hija proprjetà tal-poplu. Issa, minn rapport ta’ The Sunday Times of Malta, joħroġ li l-GWU, biex tkun tista’ tagħmel din il-kirja, kellha tħallas is-somma ta’ €3.2M biex tassew tixtri, u b’hekk tkun tista’ tikri din il-binja.
Ftit taż-żmien ilu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, kien għamel diversi sfidi lill-Gvern biex joħroġ il-verità dwar id-diversi skandli marbutin mal-iskandlu ta’ Strada Zekka. F’rapport tal-MaltaToday tal-Ħadd li għadda, ħareġ ċar li dak li seħħ fil-każ ta’ Strada Zekka, kienu skorretti. Joseph Muscat għadu sal-lum ma tkellimx dwar dan, u lanqas dwar l-isfidi li poġġielu quddiemu Simon Busuttil, iżda minflok qiegħed jipprova jiddevja l-attenzjoni biex jipprova jwaqqaf lill-Partit Nazzjonalista milli jitkellem u jixkfex l-iskandli kbar ta’ Joseph Muscat.
Simon Busuttil tkellem ukoll dwar il-fatt li fil-proġett tal-Coast Road, il-Gvern tilef €11M grazzi għall-inkompetenza tal-Gvern. L-UE waqqfet dawn il-fondi għaliex instabu diversi irregolaritajiet fil-mod kif tmexxew il-fondi Ewropej u kif ġew mogħtija il-kuntratti f’dan il-proġett. B’hekk, il-poplu se jkollu joħroġ €11M biex titlesta din it-triq, għaliex il-Gvern tilef somma sostanzjali, u ta’ dan għandha tintrefa’ r-responsabbilità.
Din il-ġimgħa rajna wkoll id-deċiżjoni li jitħassru l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali fl-2017. Joseph Muscat, għaliex huwa rasu iebsa, ħa deċiżjoni kontra d-demokrazija f’pajjiżna, għaliex għall-ewwel darba fl-istorja, il-Gvern qiegħed ibiddel liġi dwar l-elezzjonijiet minhajr il-kunsens tal-Oppożizzjoni. Il-poplu dejjem irrisponda għas-sejħiet elettorali, kif rajna din is-sena meta l-Partit Nazzjonalista naqqas id-distakk bin-nofs, u għalhekk joħroġ ċar kif il-poplu Malti u Għawdxi jrid isemma’ leħnu permezz tal-elezzjojinijet lokali.
Il-Partit Nazzjonalista issa jrid juri kif nistgħu nagħmlu l-pass li jmiss fit-tmexxija serja ta’ pajjiżna. Kif diġa mħabbar, sal-aħħar tas-sena se jinħareġ pakkett ta’ proposti dwar il-good governance sabiex verament jgħolew l-istandards f’pajjiżna fil-mod ta’ kif jitmexxa l-pajjiż. Għaliex pajjiżna jixraqlu ħafna aħjar.
//= $special ?>