Lokali

Raġel imut wara waqgħa ta’ tliet sulari

Ritratt mill-Arkivji

Raġel ta’ 42 sena tilef ħajtu wara li waqa’ għoli ta’ tliet sulari minn appartament.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.15 p.m. fi Triq il-Ġnien, Għajnsielem.

Għal raġunijiet mhux magħrufa r-raġel waqa’ mill-gallarija. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Bil-kaz kienet infurmata l-Magistrat ta’ Għawdex Joanne Vella Cuschieri li ħatret numru ta’ esperti biex jassistu fl-inkjesta. Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.