Membri tal-Protezzjoni Ċivili kienu nvoluti f’ħidma ta’ tiftix fil-baħar tal-Bajja ta’ San Tumas wara rapporti li hemm mara u tifel li kienu f’diffikulta’ u ma baqgħux jidhru.
Il-każ seħħ ftit wara it-15:15 bl-AFM jirrispondu fil-post permezz ta’ ħelikopter u lanċa tas-salvataġġ tal-armata. Waslu wkoll uffiċjali tal-Pulizija.
Fuq il-post membri tal-Forzi Armati sabu grupp ta’ surfers jipprattikaw l-isport li ġew ordnati biex jitilgħu mill-baħar biex b’hekk l-uffiċjali tal-AFM setgħu jiċċekkjaw li dawk kollha li kienu fil-bajja huma preżenti.
Madankollu jirriżulta li fil-verita’ ma kien hemm ħadd f’diffikulta u l-operazzjoni ta’ tiftix intemmet. Kelliem għall-Forzi Armati qal lil dan is-sit li meta jaslu rapporti bħal dawn l-armata hi obbligata tiċċekkja u ma tiħux riskji.
Madankollu appella lill-pubbliku biex ikun iktar għaqli qabel isir rapport simili.
//= $special ?>