Lokali Saħħa

Dikjarazzjoni iebsa mill-assoċjazzjoni tat-tobba Ewropej

Il-Gvern għandu jħares il-qasam tas-saħħa u jagħti appoġġ sħiħ lit-tobba Maltin. Hija din id-dikjarazzjoni iebsa li waslet għand il-Prim Ministru Muscat mingħand l-Assoċjazzjoni Ewropa tat-Tobba (CPME) – ittra li intbgħatet kemm lil Muscat u anke lill-Ispeaker Anglu Farrugia.

Is-CPME qed jigbdu l-attenzzjoni ghall-fatt li l-Gvern ressaq Avviz Legali li jippermetti bini fi sptarijiet, mingħajr il-bżonn ta’ skrutinju ambjentali. Skont it-tobba Ewropej, dan il-pjan tal-Gvern Laburista ipoggi riskji u jmur kontra l-ligijiet tal-UE.