Lokali

Il-ballun f’saqajn il-Prim Ministru … x’se jagħmel b’Michael Falzon?

Wara li Joe Cassar irriżenja mix-Shadow Cabinet minħabba allegazzjonijiet li ħa rigali mingħand Gaffarena, issa jmiss li l-Prim Ministru innifsu jieħu azzjoni fir-rigward ta’ Michael Falzon – is-Segretarju Parlamentarji li qiegħed implikat fi skandlu ferm aktar gravi minn dan.

Hekk jistqarr l-editur tat-Times fil-kummentarju ta’ dan il-ġurnal bit-titlu ‘Ball is in Prime Minister’s court’.

L-artiklu jgħid illi dak li ġara lil Joe Cassar tista’ tidher bħala rebħa strateġika għall-Prim Ministru li jrid jiddevja l-attenzjoni fuq l-iskandli li kkaraterizzaw it-tmexxija tiegħu.

“Il-mod kif mexa l-Kap tal-PN dwar dan il-każ, juri biċ-ċar li Simon Busuttil għadda mit-test u li hu mhuwiex politiku ta’ double standards. Mhux l-istess jista’ jingħad għall-Prim Ministru”, b’Falzon għadu qed jokkupa l-kariga li kellu fil-Kabinett ta’ Muscat.

L-editorjal tat-Times jgħid illi ħadd għadu ma refa r-responsabbilta’ politika għall-mod kif saret l-espropjazzjoni tal-binja fi Strada Zekka. U għalhekk jistaqsi, x’se jagħmel il-Prim Ministru quddiem l-iskandlu ta’ Gaffarena li huwa aktar serju, aktar riċenti u aktar qrib tiegħu.