Knisja Lokali

Illum jitfakkar Jum il-Mejtin Kollha

Il-Knisja Kattolika llum qed tfakkar il-ġurnata ddedikata għall-memorja ta’ dawk kollha li ħallew din id-dinja.

Sa minn kmieni dalgħodu, il-qniepen ta’ diversi Knejjes instemgħu jdoqqu biex ifakkru Jum il-Mejtin Kollha. Il-Knisja Kattolika tirreferi għal din il-ġurnata bħala l-Għid tal-Erwieħ, b’quddies solenni ċċelebrat fil-Knejjes madwar Malta u Għawdex.

Tradizzjonalment, f’dan il-jum ikunu bosta dawk li jżuru lill-għeżież tagħhom fiċ-Ċimiterji biex isellmu lil dawk li ħallewna. Matul ix-xahar ta’ Novembru, ikunu ħafna l-persuni li jmorru ċ-Ċimiterju jpoġġu fjuri u xemgħat fil-post fejn hemm midfuna dak għeżież għalihom.