Tħarbtu l-iskedi fl-ajruporti madwar ir-Renju Unit minħabba ċpar kbir li rriżulta f’sensiela ta’ delays, b’numru ta’ titjiriet jitħassru għat-tieni jum konsekuttiv.
Il-kundizzjonijiet affettwaw titjiriet lejn l-ajruporti ta’ Londra u ‘l hinn minnhom, biċ-ċpar konsistenti fil-kapitali u madar l-Ewropa joħloq problemi għall-ajruporti madwar il-pajjiż kollu.
Sorsi qrib l-Ajruport ta’ Heathrow avżaw lill-passiġġieri biex jaċċertaw ‘is-sitwazzjoni’ mal-linji tal-ajru qabel jivvjaġġaw minħabba l-effetti taċ-ċpar għall-iskeda. L-Uffiċċju Meteoroloġiku wissa dwar ‘ċpar oħxon u regolari’ fl-inħawi taċ-ċentru u x-xlokk tal-Ingilterra, iżda kien hemm ukoll stennija li l-kundizzjonijiet jaqilbu għall-aħjar.
Imħarbta minħabba ċ-ċpar it-titjiriet fir-Renju Unit


