Lokali Parlament

Ir-Restoration Unit ma kienx ikkonsultat dwar id-dwal ma’ Kastilja

Ir-Restoration Unit tal-Gvern ma kienx ikkonsultat fuq is-sistema tad-dawl li ġiet stallata dan l-aħħar fuq il-faċċata tal-Berġa ta’ Kastilja.

Il-Ministru Joe Mizzi qal fil-Parlament meta kien mistoqsi mid-Deputat Nazzjonalista George Pullicino dwar jekk ġietx ikkonsultata r-Restoration Unit u liema esperti oħra tar-restawr ġew ikkonsultati, li l-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir flimkien ma’ stakeholders oħra involuti fil-proġett, ikkomunikaw ma’ Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali li approva l-installazzjoni suġġett għal numru ta’ kundizzjonijiet li qegħdin jiġu osservati.

Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura, li fir-risposta tiegħu ma semmiex ir-Restoration Unit tal-Gvern, li rappreżentanti tal-MEPA kienu wkoll ikkonsultati dwar l-installazzjoni ta’ dwal professjonali mal-faċċata tal-Berga ta’ Kastilja.