Inżul ta’ xita qawwija u għargħar qrib il-belt ta’ Katanja wasslu biex l-awtoritajiet fil-bażi navali tal-Istati Uniti f’Sigonella jagħlqu l-iskejjel filwaqt li jħassru servizzi mhux essenzjali.
Id-direttiva baqgħet effettiva, it-Tnejn, wara li nhar il-Ħadd niżlet bejn sitta u tmien pulzieri xita.
L-uffiċjali f’Katanja kienu diġà għalqu l-iskejjel tal-belt, fost projbizzjoni effettiva għall-muturi, b’kaġun tal-għargħar dovut għax-xita kontinwa.
Il-kunsill ta’ Katanja, nhar il-Ħadd, anki għalaq iċ-ċimiterji biex in-nies ma joħorġux fit-toroq f’sitwazzjoni ta’ periklu u minkejja li dan kien il-jum tradizzjonali iddedikat lill-Qaddisin Kollha. It-twissija dwar aktar maltemp potenzjali fil-Lvant ta’ Sqallija kellha tibqa’ tgħodd sal-bieraħ bil-lejl.
Katanja maħkuma mill-maltemp
