Tabib Taljan li tant għandu Ingliż ħażin li jeħtieġ interpretu biex jifhem il-pazjenti hu pprojbit milli jipprattika l-mediċina fir-Renju Unit.
It-tabib, Alessandro Teppa, sadanittant iħobb juri r-ritratti tiegħu qed idur id-dinja waqt li jgħix il-veru ħajja ta’ ‘globetrotter’. Fil-fatt, ir-ritratti juruh qed igawdi btajjel f’pajjiżi bħall-Awstralja, il-Ġappun, il-Brażil u anki Greenland.
Iżda minkejja li kien ilu jaħdem ta’ uroloġista fir-Renju Unit mill-2012, Teppa ma tgħallimx jesprimi ruħu bl-Ingliż, tant li ma setax jaħdem fl-isptarijiet mingħajr ma jkollu interpetu miegħu.
Issa dan it-tabib ta’ 45 sena sar l-ewwel membru tal-professjoni li spiċċa pprojbit minħabba ‘problemi bil-lingwa’. Dan skont regoli ġodda għat-tobba li qed imorru jaħdmu fir-Renju Unit minn pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea.
Tribunal mediku ddeċieda li l-fatt li dan it-tabib ma jafx jesprimi ruħu bl-Ingliż ifisser li hu qed jimponi ‘theddid sinifikanti lill-pazjenti’. Intant, Tappa spiċċa sospiż mit-tribunal għal disa’ xhur waqt li jieħu l-lezzjonijiet tal-Ingliż ‘addizzjonali’.
Alessandro Tappa, li trabba fi Brescia u li kien qed jgħix f’Manchester, ħadem fir-Royal Bournemouth Hospital f’Dorset u fl-Isptar ta’ Hallamshire, f’Sheffield.
//= $special ?>