Ir-referee internazzjonali Malti Bernard Vassallo rċieva aktar nominazzjonijiet mill-FIBA wara li ġimgħa ilu hu kien ikkontrolla l-partita missielta bejn Nantes u Namur li ġiet deċiża wara l-ħin barrani bl-iskor finali jkun dak ta’ 88-84 favur il-Franċiżi.
Illum Vassallo se jikkontrolla l-logħba ġewwa f’Pala Taliercio ta’ Grupp Ħ mill-FIBA EuroCup bejn Reyer Venezia u Pecs. Għada Vassallo se jikkontrolla l-partita ta’ Grupp A mill-FIBA EuroLeague bejn Schio u l-Ispanjoli Salamanca.
Bħala uffiċjali għal dawn il-logħbiet, Vassallo se jkollu miegħu lil Jasmin Juras tas-Serbja u Georgios Poursanidis tal-Greċja.
//= $special ?>