Lokali Parlament

Elezzjoni każwali biex jimtela’ l-post ta’ Joe Cassar

L-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia ta struzzjonijiet lill-Iskrivan tal-Kamra biex jagħti bidu għall-proċedura dwar l-elezzjoni ta’ membru Parlamentari ġdid wara r-riżenja ta’ Joe Cassar minn Membru Parlamentari.

L-Ispeaker qal fil-bidu tas-seduta tal-lejla li aktar kmieni matul il-ġurnata kien irċieva ittra ta’ riżenja minn membru parlamentari mingħand Joe Cassar, li qraha fil-bidu tas-seduta tal-lejla.

L-elezzjoni każwali se ssir fis-Seba’ Distrett Elettorali minn fejn ġie elett Joe Cassar fl-elezzjonijiet ġenerali ta’ Marzu 2013.