Il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo llum ta l-verżjoni tiegħu dwar l-Iskandlu tal-Visas mill-Algerija. F’dan l-Iskandlu ngħataw 7,000 Visa mill-Konsulat Malti lil Alġerini, li min-naħa tagħhom użaw lil Malta biex jidħlu fl-Unjoni Ewropea.
Fl-opinjoni pubblika, dan hu każ ta’ kriżi u skandlu. Madankollu, il-Ministru Bartolo jgħid li min għandu l-informazzjoni, għandu jibda billi jmur għand il-Pulizija … daqslikieku dan hu xi każ sempliċi ieħor.
U filwaqt li jibqa’ jinsisti li dan mhux xi każ ta’ kriżi jew skandlu, il-Ministru Bartolo jagħti l-verżjoni tiegħu, f’tentattiv biex idawwar il-każ għal wieħed sempliċi.
L-Iskandlu tal-Visas maħruġa mill-Konsulat Malti fl-Alġerija qed ikun ikkunsidrat fil-kuntest tal-iskandli l-oħra f’Identity Malta, minfejn inħarġu eluf ta’ Visas irregolari lil ċittadini Libjani u Russi.
Iżda mistoqsi minn NETnews.com.mt, il-Ministru Evarist Bartolo ma eskludiex li dawn l-Alġerini qed jiġu Malta biex jistudjaw l-Ingliż.
//= $special ?>