Hekk kif il-ġimgħa d-dieħla se jsir f’Malta s-Summit bejn l-Unjoni Ewropea u l-Afrika dwar l-immigrazzjoni, fi tmiemu mistenni jsir Summit Informali ieħor tal-Unjoni Ewropea.
Ħabbar dan il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk wara talba li għamel lill-Gvern Malti.
Donald Tusk qal li dan is-Summit se jkun qed isir biex titħaffef l-azzjoni tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea fil-kontroll tas-sitwazzjoni tal-immigrazzjoni, li qed tħasseb ħafna pajjiżi Ewropej.
Dan is-Summit mistenni jindirizza l-koperazzjoni bejn pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea u dawk li mhumiex, fosthom it-Turkija, filwaqt li jimplimenta d-deċiżjoni dwar rilokazzjoni u anke jissaħħu l-faċilitajiet fejn qed ikunu milqugha dawn in-nies.
Barra minhekk, mistennija wkoll issir diskussjoni dwar kif tkun tista’ tiġi kkontrollata aħjar il-fruntiera tal-Unjoni Ewropea.
//= $special ?>