Lokali

Filmat: Evarist Bartolo jgħid li d-deċizjoni jrid jeħodha l-PM

Ministru wara ministru, Segretarju Parlamentari wara Segretarju Parlamentari u Deputat Laburista wara Deputat Laburista kollha bl-istess strateġija li ma jiddefendux lis-Segretarju Parlamentari Michael Falzon u jitfgħu r-responsabbilta’ tad-deċiżjoni fuq il-Prim Ministru Joseph Muscat.

Iffaċċjat b’mistoqsijiet diretti mill-ġurnalisti dwar jekk quddiem l-iskandlu ta’ Gaffarena, is-Segretarju Parlamentari Michael Falzon għandu jitneħħa mill-Prim Ministru, il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo ħa l-pożizzjoni li qed jieħdu l-Ministri sħabu; strateġija li biha l-gvern qed jipprova jilgħab għall-ħin u jgħid li qed jistenna r-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar l-iskandlu ta’ Gaffarena.

Minkejja l-pożizzjoni li qed jiehdu l-ministri u s-Segretarji Parlamentari, ir-realta’ hi li r-rapport tal-Dipartiment tal-Awditjar u investigazzjonijiet Intern diġa stabbilixxa li fit-trattattivi ma’ Gaffarena hemm illegalita. Minkejja din il-pożizzjoni, l-gvern qed jgħid li se jistenna l-konklużjonijiet tar-rapport tal-Awditur Ġenerali qabel jiddeċiedi.