Skont l-aħħar rapporti rriżulta li l-pulizja ssejħu fiċ-Ċentru Miftuħ ta’ Ħal Far minħabba raġuni ta’ saħħa. Għalkemm sa ftit ħin ilu kellna rapporti konfliġenti, l-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Pulizija kkonferma li l-pulizija ġew mgħajta fuq il-post biex jassistu l-tim mediku li kien diġa msejjaħ fiċ-ċentru.
18.00: Netnews.com.mt jinsab infurmat li ftit tal-ħin ilu seħħet ġlieda fiċ-Ċentru Miftuħ ta’ Ħal Far tant li kellhom jintervjenu l-Pulizija biex tiġi kkontrollata s-sitwazzjoni. Ġie rrapurtat li kien hemm numru ta’ karozzi tal-pulizija fl-inħawi.
//= $special ?>

