Fl-aħħar sena minn wara l-Baġit tal-2015, ma kien hemm ebda kumpanija li bdiet tħaddem l-iskema marbuta mat-third pillar pension imħabbra fil-baġit ta’ sena ilu. Hemm biss kumpanija waħda li għadha se tersaq lejn il-Gvern u li qed turi interess.
Dan kien ikkonfermat fil-Parlament mill-Ministru Michael Farrugia, meta kien mistoqsi mill-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Mario de Marco, li staqsa lill-Gvern jgħid kemm kienu l-kumpaniji li daħlu għall-iskema tat-third pillar pension imħabbra mill-Gvern fil-baġit ta’ sena ilu, u jekk il-Gvern hux sodisfatt bir-rispons li kellu.
Il-Ministru Farrugia qal li mis-settur privat ma kien hemm ħadd li resaq biex joffri dan il-pakkett, iżda qal li hu infurmat li hemm kumpanija privata li hi interessata li toffri dan il-pakkett u li għad trid tressaq lill-Gvern proposta.
Il-Gvern qal li issa qed iħares lejn skema li fiha min iħaddem joffri inċentiv lill-ħaddiema li jkun qiegħed jidħol għal investiment tat-third pillar pension.
Fl-aħħar sena, il-Gvern kien ħabbar li mhux se jkun qiegħed jimxi mal-pass li kien imiss u jiddiskuti u jaħdem fuq is-Second Pillar Pension, u għadda għat-Third Pillar Pension – liema skema l-Gvern fl-aħħar sena ma kellux rispons konkret mill-privat.
//= $special ?>