Lokali Unjoni Ewropea

Il-Gvern jissospendi il-ftehim tax-Schengen

Il-Gvern Malti jidher li ħa d-deċiżjoni li jissospendi baxx baxx il-ftehim tax-Schengen … minn 12am tal-lejla stess sat-3 ta’ Diċembru li ġej. Dan ifisser li l-Gvern malti se jkun qed jintroduċi mill-ġdid il-kontroll fuq il-passiġġieri kollha f’Malta.

Mindu Malta daħlet parti miż-Żona Schengen, sar possibbli li wieħed jgħaddi minn pajjiż għall-ieħor mingħajr il-bżonn ta’ Passaport.

Din id-deċiżjoni ttieħdet bħala miżura ta’ sigurtà, hekk kif f’pajjiżna se jsiru żewġ avvenimenti importanti: is-Summit dwar l-Immigrazzjoni fil-11 u t-12 ta’ Novembru, kif ukoll il-laqgħa tal-Mexxejja tal-Commonwealth bejn is-27 u d-29 ta’ Novembru.

Dan jista’ joħloq problema għall-Maltin li bħalissa jinsabu msiefra mingħajr Passaport u li se jirritornaw f’pajjiżna fil-jiem li ġejjin. F’reazzjoni għal din l-istorja li żvelata minn sit tal-aħabarjiet lokali il-Gvern ċaħad u qal li biex jiġi sospiż l-aranġamenti taż-żona Schengen din id-deċiżjoni trid tgħaddi inn proċess sħiħ inkluż fuq livell Ewropew.