Lokali

Inizjattiva biex jinqatgħu x-xewqat ta’ tfal fil-bżonn

‘Give a brighter Christmas….to a child in need’….inizjattiva mill-aġenzija Appoġġ bl-iskop li jitwettqu xewqat ta’ tfal fil-bżonn.

Inizjattiva li qed issir għat-tielet sena u li qed tikber sena fuq sena. Bħal snin oħra, ikunu s-social workers li jidentifikaw minimu kbir ta’ tfal li jkollhom xewqat li jkunu jixtiequ jaraw jitwettqu għal żmien il-Milied. Xewqat li jvarajw minn affarijiet żgħar għal affarijiet ikbar u personali.

Ix-xeqat kollha tat-tfal fil-bzonn jinsabu fuq is-sit www.childrendreams.org jew fuq facebook u l-pubbliku jista jipparteċipa billi jidħol fis-sit u jaqta’ xewqa ta’ wieħed mit-tfal. Dan iġib ferħ kbir għat-tfal.

L-aġenzija Appoġġ tappella lill-pubbliku jipparteċipa.

L-inizjattvia tnnediet fil-preżenza tal-Ministru Michael Farrugia li qal li s-sena li għaddiet it-875 sewqa tat-tfal intlaqgħu kollha. Dawn huam stejjer tal-ħajja u ċirkostanzi reali, sostna l-Ministru Michael Farrugia, li enfaħizza li żmien il-Milied hu wieħed ta’ ferħ kemm għal min jaqla’ r-rigali kif ukoll għal min jagħti.