It-Tmexxija tar-Russja qalet li ma tqisx il-kontinwazzjoni ta’ poter mill-President tas-Sirja Bashar al-Assad bħala xi fattur kritiku. Dan waqt li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin f’Moska sostna li l-poter, f’dan il-każ, għandu jkun deċiż mill-poplu Sirjan.
Maria Zakharova, kelliema għal dan il-Ministeru Russu, ċaħdet li r-Russja kienet qalet ċar u tond li l-impenn biex Assad ikompli jmexxi jinvolvi kwistjoni ta’ prinċipju għal Moska. Hi sostniet li r-Russja ma qalitx jekk Assad għandux jitlaq jew ikompli fit-tmexxija ta’ pajjiżu u meta hu l-poplu Sirjan li jrid jiddeċiedi d-destin tiegħu.
Ir-Russja hi meqjusa fost l-akbar alleati ta’ Bashar al-Assad u, bħalissa, qed twettaq attakki mill-ajru fuq ir-ribelli fis-Sirja li jridu jwaqqgħu r-reġim ta’ Damasku.
Min-naħa tagħha, l-Istati Uniti għamlitha ċara li Assad ma jista’ jkollu l-ebda parti fil-futur politiku tas-Sirja.
//= $special ?>