Il-bżonn ta’ konverġenza bejn it-trejdunions Maltin kienet il-qofol ta’ laqgħa bejn il-Union Ħaddiema Magħqudin u l-GWU.
Filwaqt li feraħ lis-Segretarju Ġenerali l-ġdid tal-GWU Josef Bugeja, is-Segretarju Ġenerali tal-UĦM Josef Bonello rrikonoxxa li bejn il-unions hemm punti fejn hemm nuqqas ta’ qbil. Madankollu, appella biex issir ħidma bejn iż-żewġ partijiet għall-ġid tal-ħaddiema.
Messaġġ li kompla fuqu wkoll Josef Bugeja, li qal li hemm ħafna fuq xhiex il-unions jistgħu jaħdmu flimkien, fosthom is-sigurtà fil-post tax-xogħol.
Filwaqt li ppreċiża li bejn il-unions diġà hemm ħidma komuni, appella biex l-ideoloġiji politiċi li jvarjaw bejn iż-żewġ naħat ma jħallux li tittappan il-ħidma u l-kollaborazzjoni tagħhom.
//= $special ?>