Il-pulizija fit-Turkija arrestaw madwar 35 suspettat bħala parti minn investigazzjoni dwar is-sostenituri ta’ reliġjuż ibbażat fl-Istati Uniti li qed ikun akkużat dwar kumplott kontra l-Gvern f’Ankara.
L-arrestati jinkludu burokratiċi u uffiċjali tal-pulizija. Il-qawwiet tas-sigurtà wettqu rejds f’numru ta’ residenzi fil-belt ta’ Izmir. L-azzjonijiet seħħew wara li l-Partit Iżlamiku AKP li twaqqaf mill-President tat-Turkija Recep Tayyip Erdogan rebaħ lura l-maġġoranza fl-elezzjoni ġenerali tal-Ħadd meta kkonferma postu bħala l-akbar partit fil-Gvern.
Ir-reliġjuż eżiljat, Fethullah Gulen, hu l-mexxej spiritwali tal-moviment Hizmet u jopponi bl-aħrax lil Erdogan. Gulen darba kien alleat tal-President Tork u l-Gvern ta’ Ankara qed jakkużah li qed jipprova jmexxi ‘stat parallel’ mindu kisirha minn ma’ Erdogan.
Hu mistenni li l-awtoritajiet Torok issa jżidu l-isforzi biex jkkontrollaw lis-sostenituri ta’ Gulen fit-Turkija. Dan meta l-aġenziji tal-aħbarijiet fit-Turkija qalu li l-persuni arrestati fir-rejds huma suspettati dwar aġir li jmur lil hinn mill-awtorità legali tagħhom.
Ir-rebħa elettorali tal-AKP seħħet fost inkwiet dwar it-tensjoni fit-Turkija li żdiedet f’dawn il-ġimgħat.
//= $special ?>