Paulo Sousa, kowċ ta’ Fiorentina, jemmen li t-tim tiegħu kapaċi jisfida għar-rebħ tal-kampjonat. Sousa qal dan wara li nhar il-Ħadd il-Viola ġabu fix-xejn lil Frosinone u rebħulhom 4-1. Bis-saħħa ta’ din ir-rebħa, Fiorentina telgħu fl-ewwel post flimkien ma’ Inter.
“Minkejja r-rebħa kont diżappuntat li qlajna dak il-gowl fl-aħħar. Illum gowl bħal dak ma kellu l-ebda effett fuq il-logħba imma jaf ikun hemm partita li fiha nitilfu kollox fl-aħħar. Minn dejjem għedt li aħna tim li kapaċi joffri sfida lil kulħadd u nemmen li qed nuru li kapaċi nisfidaw għar-rebħ tat-titli. Jekk irridu nagħmlu dan, irridu nibqgħu nilagħbu b’din il-mentalità. Irridu nkunu dejjem it-tim li jiddomina l-partita,” qal Sousa.
Dan tal-aħħar faħħar ukoll lill-gowlkiper Luca Lezzerini li ddebutta fis-Serie A ta’ 20 sena.
Aktar fin-Nazzjon t’għada.
//= $special ?>