Internazzjonali

Spanja milquta mill-maltemp, b’anzjani jmutu mgħarrqin

Erba’ pensjonanti mietu mgħarrqin fi Spanja meta faret xmara u ħalliet konsegwenzi diżastrużi għar-residenza tal-anzjani fejn kienu qed jgħixu l-vittmi.

Numru ta’ residenti li kienu fin-naħat t’isfel tal-kumpless inqabdu f’dan l-għargħar li laqat għal għarrieda l-belt ta’ Agramunt, lejn il-Majjistral ta’ Barċellona.

Dan wara li x-Xmara Sio faqgħet l-art tal-madwar u mliet id-djar taz-zona bl-ilma.

Fl-aħħar jiem Spanja sofriet l-effetti tal-agħar maltemp għal dawn l-aħħar 20 sena, hekk kif ħafna nħawi mill-pajjiż jinsabu fuq allert għall-irwiefen, ħalbiet tax-xita kontinwi u għargħar.