Lokali

Aġġornata bil-filmat: Ħadd ma weġġa’ wara li nqalbet karozza

Għall-ħabta tal-16.40 vettura tat-tip Mazda Demio inqalbet fi Triq ix-Xatt ta’ Ta’ Xbiex, fl-Imsida. Ħadd ma weġġa f’dan l-inċident. Ġie kkonfermat li l-persuna li kienet involuta fl-inċident hija tfajla Maltija.

Skont xhieda li raw l-inċident, il-karozza kienet mixja b’veloċita normali meta għal xi raġuni kellha impatt ma’ vettura oħra u kawża ta’ dan l-impatt il-karozza inqelbet.