Lokali

Tislima lil Charles Abela Mizzi

Fil-Knisja Kolleġjata ta’ San Pawl fil-Belt inghatat l-ahhar tislima lil Charles Abela Mizzi, li miet fi tmiem il-ġimgħa fl-eta’ ta’ 81 sena.

Għexieren kienu dawk li inġabru għall-funeral ta’ Charles Abela Mizzi; qraba u ħbieb, iżda anke diversi kollegi mill-qasam tax-xandir.

Abela Mizzi, li kien mill-Belt, huwa meqjus bħala wieħed mix-xandara veterani Maltin. Huwa beda jaħdem bħala xandar fl-1962, l-ewwel fir-radju, u iktar tard fit-televizjoni.