Il-manager ta’ Chelsea Jose Mourinho ftit kellu xi jgħid wara t-telfa ta’ 3-1 li sofra t-tim tiegħu kontra Liverpool fi Stamford Bridge. Għal Chelsea din kienet is-sitt telfa fil-kampjonat filwaqt li għall-kowċ il-ġdid ta’ Liverpool Jurgen Klopp din kienet l-ewwel rebħa fil-Premiership wara li ftit jiem qabel kien kiseb l-ewwel rebħa mat-tim meta r-Reds kienu eliminaw lil Bornemouth mil-League Cup.
Kontra Liverpool, Chelsea kienu marru fil-vantaġġ wara ftit minuti b’gowl ta’ Ramires imma Liverpool dawru r-riżultat biex ħadu t-tliet punti.
“Aktar milli nitkellem, jien aktar nixtieq nisma’. Illum kien hemm affarijiet li ma kellniex kontroll fuqhom. Fl-ewwel taqsima ngħataw żewġ minuti ta’ ħin miżjud u l-gowl tad-draw ta’ Coutinho wasal wara żewġ minuti u 35 sekonda. Imbagħad dak li seħħ fit-tieni taqsima kien konsegwenza ta’ dak li seħħ fl-aħħar sekondi tal-ewwel taqsima. Ninsabu diżappuntati u qiegħed inħoss għall-plejers tiegħi għax qed narahom bil-moral baxx,” qal Mourinho fl-ewwel kummenti tiegħu.
Aktar fin-Nazzjon t’għada.
//= $special ?>