Skont ċifri maħruġa mill-NSO, bejn Lulju u Settembru ta’ din is-sena seħħew 842 inċident mhux fatali fuq il-post tax-xogħol. Fl-istess perijodu, kien hemm inċident wieħed fatali – l-inċident f’Ta’ Xbiex li fih raġel tilef ħajtu f’sit tal-kostruzzjoni meta ċediet fuqu gallarija tal-konkos.
L-istatistika turi li l-maġġoranza tal-inċidenti fit-tielet kwart ta’ din is-sena seħħew fl-industrija tal-manifattura. Kien hemm ukoll 132 inċident fost ħaddiema fil-qasam tal-bini.
Fl-istess perijodu, 28 fil-mija tal-inċidenti seħħew f’kumpaniji kbar li jimpjegaw aktar minn 500 ruħ. 129 minn dawk li weġġgħu kienu nisa.
L-istatistika tal-NSO turi li l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol huma kważi fl-istess livell tas-sena li għaddiet.
//= $special ?>