Il-kowċ nazzjonali ta’ Malta Pietro Ghedin sejjaħ skwadra proviżorja ta’ 22 plejer għall-partita ta’ ħbiberija ta’ nhar il-11 ta’ Novembru kontra l-Ġordan. Din il-logħba se tintlagħab fil-Maltepe Stadium, f’Istanbul fit-Turkija, fit-3pm, hin lokali.
Hekk kif wieħed jagħti ħarsa lejn l-iskwadra, li issa trid tiġi ridotta għal 20 plejer, jinnota li plejers li s-soltu jilagħbu mat-tim nazzjonali ta’ taħt il-21 sena, ġew mgħajta biex jiffurmaw parti mit-tim tal-kbar.
Dawn huma d-difensur ta’ Floriana Manuel Briffa, l-attakkant ta’ Valletta Llewelyn Cremona u l-attakkant l-ieħor ta’ Valletta, li hu misluf lil Tarxine, Luke Montebello.
L-iskwadra hi din:
Gowlkipers – Henry Bonello (Valletta), Andrew Hogg (Kalloni)
Difensuri – Andrei Agius (Hibs), Steve Borg (Aris), Emmanuel Briffa (Floriana), Ryan Camenzuli (B’Kara), Ryan Camilleri (Valletta), Zach Muscat (B’Kara), Clayton Failla (Hibs), Joseph Zerafa (B’Kara)
Midfielders – Roderick Briffa (Valletta), Llywelyn Cremona (Valletta), Gareth Sciberras (B’Kara), Paul Fenech (B’Kara), Andre’ Schembri (Omonia Nicosia), Rowen Muscat (B’Kara), Bjorn Kristensen (Hibs), Clyde Borg (Floriana)
Attakkanti – Michael Mifsud (Sliema), Luke Montebello (Tarxien), Terence Vella (Qormi), Alfred Effiong (Balzan)