Internazzjonali

Jiġġarraf ajruplan ieħor

Ajruplan tat-trasport, li kien qed iġorr passiġġieri, iġġarraf f’Giuba, il-kapitali tas-Sudan t’Isfel. S’issa hu stmat li hemm tal-anqas 40 vittma f’din it-traġedja bejn dawk abbord u dawk li ntlaqtu mill-bċejjeċ tal-ajruplan. Hemm tliet persuni, fosthom tarbija li salvaw.

L-ajruplan kien tat-tip Antonov 12 u ġġarraf ftit wara t-tluq u kien mikri lill-Allied Services Limited. L-ajruplan kien fuq titjira interna lejn Paloch fejn hemm bjar taż-żejt.

Aktar dettalji ngħadduhomkom hekk kif jaslulna …