Din hi l-esperjenza ta’ Alba Cauchi, Maltija li flimkien ma’ Maya Vella u Maya Brown waslu lura minn esperjenza fis-Serbja, preċiżament fil-kamp tar-refuġjati ta’ Preshevo biex wasslu l-provvisti u flus lir-refuġjati Sirjani fis-Serbja – provvisti li SOS Malta ġabret minn Malta.
It-tlieta li huma żaru s-Serbja, pajjiż li diġa’ kellu problemi ta’ stabilita’ u li kompla jsofri mill-influss qawwi ta’ immigrazzjoni mis-Sirja.
Sal-bieraħ stess, f’ġurnata waħda biss, fis-Serbja daħlu mat-8,000 immigrant. Ħafna minnhom tfal u nisa li tilfu lil żwieġhom fil-gwerra.
Maya Brown spjegat li l-għażla li jmorru s-Serbja ttieħdet għaliex f’Malta hawn komunita’ kbira ta’ Serbi, fosthom huma, u għalhekk bl-għarfien u kuntattit agħhom dwar is-Serbja setgħu jiffaċilitaw il-ħidma tagħhom. Qalet li s-Serbi li jgħixu f’pajjiżna huma grati ħafna għall-mod kif ġw milqugħa matul is-snin mill-Maltin.
Tkellimna wkoll ma’ Maya Vella dwar dak li għaddew minnu fis-Serbja.
Għal din il-konferenza tal-aħbarijiet attenda wkoll il-kunsillier tal-Partit Nazzjonalista Herman Schiavone, li ġimgħat ilu ħareġ bl-ideja li l-Kunsilli Lokali jadottaw familja Sirjana. Idea li għaqqdet Kunsilli Lokali mill-partiti politiċi kollha wara l-istess inizjattiva.
SOS Malta qed tħejji biex terġa’ titla’ twassal il-provvisti lir-refuġjati. Madankollu biex dan ikun possibbli, din l-organizzazzjoni mhux governattiva qed tappella għall-għajnuna tal-pubbliku b’donazzjonijiet finanzjarji jew ta’ oġġetti utli għax-Xitwa.
//= $special ?>