Raġel ta’ 56 sena minn Bormla sofra feriti gravi wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar sular għal ġo shaft fiż-Żejtun.
L-inċident seħħ dalgħodu, għall-ħabta tat-8am, meta r-raġel kien qed jagħmel xi xogħol ta’ manutenzjoni fuq turretta ta’ bejt fi blokka appartamenti fi Triq Emanuel Galea.
Dak il-ħin, għal xi raġuni ir-raġel waqa’ minn għoli ta’ madwar sular u spiċċa ġox-shaft. Fil-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li għenu biex ir-raġel seta’ jittella’ mix-shaft.
Wara li ngħata l-ewwel kura fil-post, hu ttieħed l-Isptar permezz ta’ Ambulanza. Hemm, hu ġie ċċertifikat li sofra feriti gravi kawża ta’ xi ksur, iżda fortunatament ma jinsabx fil-periklu li jitlef ħajtu.
Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.
//= $special ?>