Sport Sport Ieħor

Sadowski tingħaqad ma’ tim Taljan

Iċ-champion nazzjonali ta’ Malta u l-plejer ta’ Birkirkara, Fiorella Marie Sadowski se tingħaqad b’self mat-tim Taljan ta’ Alba Shuttle u b’hekk, fl-istaġun li ġej, se tkun qed tilgħab fis-Serie A li hi l-għola diviżjoni f’dan il-pajjiż.
Alba u Birkirkara Badminton Club laħqu ftehim fuq is-self tal-plejer Sadowski għall-istaġun 2015-16 u ta min jinnota li Sadowski se tkun l-ewwel plejer Maltija li se tkun qed tilgħab f’din id-diviżjoni.

Alba Shuttle ilhom jilagħbu fis-Serie A Taljana sena u fl-istaġun li għadda laħqu t-tragward li kellhom, jiġifieri dak li jsalvaw posthom f’din id-diviżjoni. Ta’ min jinnota li fl-Italja l-kampjonat tal badminton hu maqsum fi tliet diviżjonijiet, is-Serie A, Serie B u Serie C. Sadowski se tiddebutta mat-tim ġdid tagħja fil-21 ta’ Novembru meta dakinhar Alba jilagħbu kontra Piume d’Argento.