Internazzjonali

Sisi jinsisti li n-NATO trid tagħmel aktar fil-Libja

Sisi jinsisti li n-NATO trid tagħmel aktar fil-Libja
IR-RENJU UNIT
Il-President Eġizzjan Abdel Fattah al-Sisi qal li r-Renju Unit u dawk il-pajjiżi membri tan-NATO li kienu mdaħħla fl-intervent militari li wassal biex tneħħa Muammar Gaddafi mill-poter, iridu jimpenjaw ruħhom aktar biex irażżnu l-ISIS fil-Libja.
Sisi qal dan f’intervista ma’ The Daily Telegraph qabel ma jibda żjara fir-Renju Unit.
Hu qal li l-intervent tan-NATO fil-Libja kien xi ħaġa li tħalla nofs leħja. Hu qal li l-Libja tħalliet mingħajr it-tmexxija li kellha bżonn biex issa hemm sitwazzjoni fil-Libja fejn ir-rieda tal-poplu Libjan hi ostaġġ tal-gruppi ta’ militanti.