Lokali

Filmat: Id-Deputati Laburisti jemmnu li Michael Falzon m’għandux jirriżenja

Minkejja li opinjonisti u anke kummentaturi politiċi qed jgħidu li hu inaċċettabli li s-Segretarju Parlamentari Michael Falzon iżomm postu qisu xejn mhu xejn, il-membri tal-Gvern jaħsbuha mod ieħor.

Aqra iktar: Michael Falzon għandu jirriżenja – Opinjonisti

Netnews.com.mt staqsa lil numru ta’ Deputati Laburisti dwar jekk Michael Falzon għandux jirriżenja b’rabta mal-każ tal-iskandlu dwar Gaffarena, madanakollu fil-kummenti tagħhom huma qalu li ma jemmnux li Falzon għandu jirriżenja.