Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti sejħet bħala “ħaġa tal-iskantament” hekk kif skont il-Federazzjoni, “għall-kuntrarju ta’ dak li jiġri s-soltu meta jkun hawn xi tajra/tajr bħal din, li mhux normali li jżuru l-gżejjer Maltin waqt il-passa tagħhom, din mhux qed tiġi segwita u mgħassa min ħadd, la mill-BLM u lanqas mill-Pulizija.”
L-FKNK uriet ukoll it-tħassib tagħha kif ħadd minn madwar 10,000 kaċċatur u nassab ma għamel rapport uffiċjali lill-istess FKNK li ra l-“Eastern Imperial Eagle’ li skont il-BirdLife Malta (BLM), żaret il-gżejjer Maltin f’dawn l-aħħar jiem.
Fi stqarrija, l-FKNK qalet li “milli jidher BirdLife Malta ma jafux x’sar minnha” u għalhekk il-Federazzjoni appellat lill-membri tagħha sabiex minnufih jinfurmaw jew lill-istess FKNK jew lill-pulizija jekk jilmħu din it-tajra.
//= $special ?>